Ġimgħa l-Kbira Luqa Grupp Voluntiera  (40 views)

What is Ġimgħa l-Kbira Luqa doing now?

Attivita oħra b'risq il-festa tal-Ġimgħa l-Kbira f'Settembru ..iktar dettalji dalwaqt !!
More than 1 month ago  ·  Comment »

Age

19

Location

Malta

Birthday

September 22
 
Advertisement

Info

http://gruppvoluntieraluqa.hi5.com - Send it to your friends

Age

19

Birthday

September 22

Location

Malta

 

About Me

Fil-parroċċi l-oħra tal-Gudja, Ħal Kirkop, l-Imqabba , Ħal Safi u Ħal Tarxien li lkoll ħargu mill-paroċċa ta’ Birmiftuħ , ma ssirx purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.  Il-bidu tagħha beda għall-aħħar snin tas-seklu tmintax, meta wahda mara ċertu Marija Rosa Ellul fit-testment tagħha tat-28 ta’ Mejju 1775, ħalliet dar lil ħuha Mikelanġ bil-kundizzjoni li jagħmel statwa tal-Veronika. L-istatwa tal-Veronika kellha tinżamm id-dar , u fiż-żmien tal- Ġimgħa l-Kbira kellha tittella’ l-knisja biex tintrama. Is-sett tal-vari kompla fl-1795 meta ċertu wieħed Ġużeppi Ellul fit-testment tiegħu ħalla għalqa lill-knisja parokkjali ta’ Ħal Luqa .  Ellul ried li bir-renti ta’ din l-għalqa fost obbligi oħra tibda ssir il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira bil-vari tal-passjoni kull sena. Huwa maħsub li dak li baqa’ minn dawn il-vari huwa Kristu Msallab li għandna fis-sagrestija tal-Knisja parokkjali . B’hekk il-purċisjoni f’ Ħal Luqa ilha ssir madwar 234 sena. L-ewwel prokaratur li jissemma kien Dun Franġisk Cassar, li kien ġie maħtur mill-Isqof Labini fis-sena 1795.  Sas-sena 1928 il-prokura kienet f’idejn qassis ,iżda mis-sena ta’ wara ,il-prokura waqgħet f’idejn il-lajci. B’hekk sas-sena 1990, kien hawn 3 prokaraturi lajċi dawn kienu; Giacamo Cassar (1928-1933), Antonio Cassar (1934-1979) u l-aħħar prokuratur f’ Ħal Luqa kif ukoll f’ Malta kien Johnny Cassar Briffa (1980-1990) . Wara l-1990 il-prokura għaddiet f’idejn il-kapillan tal-parroċċa, flimkien ma’ grupp ta’ voluntiera li jieħdu ħsieb ukoll l-armar tal-vari, l-ilbies u l-organiżżazzjoni tal-purċissjoni. L-ewwel tibdil fis-sett l-antik sar fl-1830 fejn uħud minnhom ġew irrestawrati mill-ġdid filwaqt li oħrajn saru ġodda .  Dan ix-xogħol ta’ restawr u tibdil fil-vari sar minn Ġużeppi Vella mill-Belt.   Fl-1884 inħadem il-famuż monument, dak li nafu llum. L-iskultura tiegħu saret minn Ċensu  Decandia filwaqt l-istatwarju Bormliż Karlu Darmanin ħadem l-erba’ kerubini li hemm f’kull kantuniera. Matul is-seklu  dsatax, kienet id-drawwa li l-vari jinżammu fid-djar tan-nies iżda imbgħad bdew jintrefgħu fil-maħżen tal-Knisja. Imma fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, dan il-maħżen intlaqat mill-bombi u ġġarraf , tant li l-vari ġarbu ħafna ħsarat kbar.  Fost l-aktar li ġarrab ħsara , kien il-monument li nġabar biċċiet  u kien ġie irrestawrat minn Amelio Giusti mill-Birgu , filwaqt  li l-induratura saret minn Paolina Buġeja u William Attard mir-Rabat.  Qabel ma daħal elettriku ,sal-1950 il-vari kollha kienu jinxteghlu bl-aċitelena.  Imbgħad bejn is-snin 1951 u 1952 saru l-brazzi li nafu llum forma ta’ fjamma.  Sas-sena 1972 is-sett tal-vari f’ Ħal Luqa ma kienx ta’ disgħa imma ta’ tmienja imma fl-1973 żdiedet ohra din kienet dik tat-Tradiment ta’ Ġuda , bi stil kemmxejn differenti minn ta’ vari ohra ġo parroċċi  imxerdin f’ Malta .  Peress li din il-vara tirrapreżenta lil Ġuda ħosbien bil-figura ta’ Kristu ħdejh filwaqt li fil-maġġoranza tal-vari jġibu lil Ġuda ibus lil Kristu.   Din il-vara nħadment mill-Imgħallem Rabti Ġlormu Dingli , filwaqt li tħallset mill-benefattur  is-Sur Joe Bonniċi.   Meta waslet il-vara fir-raħal ta’ Ħal Luqa iż-żewġ baned ewlenin tar-raħal  L’Unione u Sant Andrija akkumpanjaw l-vara sal- Knisja billi daqqew diversi marċi funebri.   Wara li saret din l-istatwa fl-1973 , sena wara sar xi restawr fuq il-vari kollha li ġew miżbugħa mill-ġdid minn Karmenu Psaila bi spejjeż ta’ Joe Bonniċi . Kien sar ukoll restawr fuq l-EcceHomo l-antik li kien ġie irrestawrat mir-Rabti Ġlormu Dingli.

Interests

Restawr tal-vari u vari ġodda Wara li kienet għaddiet b’wiċċ il-ġid il-festa tal-Ġimgħa l- Kbira tas-sena 1995, inħass il-bżonn li jinbeda programm ta’restawr fuq il-vari u anke li xi whud minnhom jigu mindula. Kien sar rikors fil-Kurja Arciveskoli ta’ Malta fejn kien ġie spjegat li l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira kienu spffrew ħafna ħsara kbira fit-tieni gwerra dinjija u wara dan ġew irranġati temporanjament. Minn dak iż-żmien ’il hawn is-susa attakat lil xi statwi kif ukoll lil xi bradelli u bankuni. Għal dan ix-xogħol ta’ restawr u ta’ vari ġodda intgħażel l-artist bravu it-Tarxiniż Renzo Gauci. Sena wara beda r-restawr , kienu ġew irrestawrati il-kurċifiss tal-Vara l-Kbira, inbiddel ukoll is-salib ta’ l-injam u kif ukoll l-istatwi ta’ San Ġwann u l-Madalena saru ġodda. Fl-1997 saret l-istatwa l-ġdida tad-Duluri flimkien mal-bradella u l-bankun. Fl-istess sena iżżanżnu wkoll il-bradella u l-bankun tal-Vara l-kbira , kif ukoll ir-reffiegħa tal-vara tar-Redentur ħargu l-ispejjeż biex tkun tista’ tigi irrestawrata din il-vara filwaqt li jsir bankun ġdid. Is-somma li kienet inġabbret biex isir ir-restawr fuq din il-vara kien lahhaq ammont ta’ kważi l-Lm1500. Sadanittant baqa għaddej ir-restawr fuq il-korp tal- Monument mill-istess Renzo Gauci. Sena wara fl-1998 ġie deciż li ssir statwa ġdida tal-Veronika, din kienet tlestiet sena wara u tbierket mill-mibki Kappillan Dun Joe Camilleri lejliet Ħadd il-Palm ta’ l-istess sena. Fis-sena 2000 saret statwa ġdida ta’ Ġesi’ kkomfortat mill-Anġlu fil-Ġnien tal-Ġetsemani, kienu saru wkoll bradella u bankun ġdid għall-istess statwa. Fis-sena ta' l-2007 tlestew ukoll il-bradelli ul-bankuni tal-vari ż-żgħar li huma tal-Veronika ,tal-Marbut u ta’ l-Eccehomo .B’hekk bejn is-sena 1996 u s-sena 2007 is-sett tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira ra tibdil ħafna. Il-vari l-antiki għadhom jinżammu sal-llum il-ġurnata bl-iktar għożża. Il-vari ta’ l-Eccehomo ,tal- Veronika u kif ukoll ta’ l-Ort , jintużaw bħala parti mill-esibezzjoni tal-ilbies li titella’ f’ Dar Agius minn Grupp ta’ Voluntiera filwaqt li l-istatwa tad-Duluri l-qadima għadha tinżamm esposta f’remissa fi Triq il-Parroċċa matul is-sena kollha.

Favorite Music

L-iżvilupp kontinwu tal-persunaġġi fil-purċissjoni.


Maż-żmien minbarra l-vari tal-passjoni bdew jieħdu sehem diversi persunaġġi li kellhom x’jaqsmu mal-ġrajja tal-passjoni. Fosthom insibu persunaġġi Bibliċi, żewġ suldati Rumani, persuni ohra jerfgħu l-lanterni , kif ukoll ħafna tfal li kienu jilbsu ż-żimarri filwaqt li jerfgħu xi simboli li għandhom x’jaqsmu mal-passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Qabel konna nsibu irġiel li jġorru s-slaleb tal-wegħda kif inhuma magħrufin. Illum dawn is-slaleb għadna nsibuhom imma b’differenza wahda li llum ma jġorrux il-ktajjen ma saqajhom kif kieni jagħmlu qabel il-gwerra minbarra is-salib. Imma l-iktar żvilupp seħħ dan l-aħħar żmien, sar ħafna ilbies ġdid fosthom insibu l-Banda tar-Rumani li ħadet post minflok l-iscouts li kienu jieħdu posthom quddiem l-istatwa tar-Redentur, suldati Rumani oħra u suldati Lhud. Sar żvilupp ieħor fl-ilbies tal-persuni Bibliċi fost l-ilbies ġdid insibu l-libsa ta’ San Ġwann l-Battista , ta’ Nikodemu , ta’ Ġużeppi minn Arimatea u ħafna iktar ilbies li kompla zzejjen din il-festa tal-Ġimgħa l-Kbira. Ħafna mill-ilbies li naraw fil-purċissjoni ta’ Ħal Luqa huma personali.

Ir-rotta tal-Purċissjoni u l-Armar li jżejjen il-Pjazez Ewlenin.

Ir-rotta tal-Purċissjoni sal-1999 ma kintix bħal llum imma kienet differenti. F’ laqgħa li saret għall-bidu tas-sena 1991 bejn il-Kapillan u numru ta’ voluntieri fosthom rappreżentati tal-Għaqda Rappreżentattiva Lbies Personali, ġie deċiż li l-purċissjoni tibqa’ nieżla tul Triq Sant Andrija kollha, iddur għal Triq il-Ġdida, tgħaddi minn Triq Dun Pawl , iddur għal Triq San Ġorġ , tidħol fi Triq San Ġużepp u tkompli bħas-soltu. Minħabba dan it-tibdil fir-rotta tal-purċissjoni inbidel il-ħin tal-purċissjoni u għalhekk ġie deċiż li l-purċissjoni tibda toħroġ fil-5.30pm u tidħol fid-9.30pm. Il-pjazez ewlenin tar-raħal fil-Ġimgħa l-Kbira jiżżejnu wkoll . Fl-1999 bdiet tintrama Pjazza Sant Andrija b’sett ta’ sitt antarjoli li fuqhom jittellgħu bandalori b’simbolu tal- S.P.Q.R , ‘ Senatus Populusque Romanus’, li bil-Malti jfissru s-Senat u l-Poplu Ruman. Fis-sena 2002 intramaw għall-ewwel darba sett ta’ slaleb li jinxtelgħu bid-dawl fuq pilastri tal-injam fiż-żewġ pjazez ewlenin tar-raħal. Bejn is-sena 2004 u s-sena 2006 iżżanżnu għall-ewwel darba sett ta’ bandalori kbar b’simboli tal-Passjoni għal pjazza ewlenija filwaqt li l-bandalori ta’ l-S.P.Q.R bdew jintramaw f’ Misraħ il-Knisja.


F’ dan l-artiklu rajna kif oriġinat il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira matul is-snin li għaddew sal-llum il-ġurnata. Rajna ukoll li Ħalluqin kellhom minn dejjem ġibda u mħabba lejn din il-festa tal-Ġimgħa l-Kbira. Illum il-ġurnata il-purċissjoni ta’ Ħal Luqa kważi saret mill-aqwa purċissjonijiet li jsiru f’Malta u f’Għawdex kemm fl-organiżżazzjoni kif ukoll fil-parteċipazzjoni tal-pubbliku inġenerali.
 

Favorite Movies

Għalhekk aħna għandna bżonn nrawmu il-ġenerazzjonijiet li telgħin issa biex il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’ Ħal Luqa tibqa’ tikber u tissaħaħ fil-parteċipazzjoni tal-pubbliku u anke fl-organiżżazzjoni tal-purċissjoni, għax din il-purċissjoni turi wkoll parti mill-istorja ta’ dan ir-raħal, ir-raħal ta’ Ħal Luqa.
 

hi5 Games

Play hi5 Games

Ġimgħa l-Kbira Luqa hasn't played any games recently.

 

Applications

Browse Applications

Music iLike
Add music and videos to your profile, list your favorite artists, and test your skill in the Music...

 

hi5 Gifts

Give a Gift    Get hi5 Coins    View all

Ġimgħa l-Kbira Luqa has no unwrapped gifts.
 

Comments | View All Entries

Leave a comment for Ġimgħa l-Kbira Luqa

Jul 31 4:32 AM
 
 
Jul 30 9:26 AM
 
PROSET GHAL-HI 5 LI GHAMILTU GRUPP VOLONTIERA GIMGHA L-KBIRA LUQA.AHNA HA NKUNU NTUKOM L GHAJNUNA FEJN IKUN HEMM BZONN
PROSET!!!!!!
 
Jul 30 9:05 AM
 
 
Jul 28 10:47 AM
 
New Updates Soon !!!
 
Mar 8 8:33 AM
 

Title
body
 

Purchase additional coins

You need an additional: hi5 Coins hi5 Coins

Get Coins No Thanks